28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (l-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Antwerpen — il-Belġju) — Gerhard Dijkman, Maria Dijkman-Lavaleije vs Belgische Staat
(Kawża C-233/09) (1)
(Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Tassazzjoni diretta - Trattament differenti skont il-post ta’ investiment jew ta’ depożitu)
2010/C 234/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Gerhard Dijkman, Maria Dijkman-Lavaleije
Konvenut: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa fuq id-dħul — Kalkolu tat-taxxa addizzjonali muniċipali abbażi tal-ammont tat-taxxa fuq id-dħul — Ħlas minn ras il-għajn fuq proprjetà mobbli liberatorju — Trattament differenti skont il-post ta’ investiment jew ta’ depożitu — Kompatibbiltà mal-Artikolu 56(1) KE.
Dispożittiv
L-Artikolu 56 KE jipprekludi liġi ta’ Stat Membru li tgħid li l-persuni taxxabbli residenti ta’ dan l-Istat Membru li jirċievu interessi jew dividendi minn depożiti jew investimenti mwettqa fi Stat Membru ieħor, ikunu suġġetti għal taxxa komunali addizzjonali, meta dawn ma jkunux għażlu li dan id-dħul minn beni mobbli jitħallas permezz ta’ intermedjarju stabbilit fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, filwaqt li d-dħul tal-istess natura minn depożiti jew investimenti mwettqa fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, minħabba li huwa suġġett għal tnaqqis minn ras il-għajn, jista’ ma jiġix iddikjarat u, f’dan il-każ, mhux suġġett għal tali taxxa.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy