30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-1 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle — il-Belġju) — Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier vs Conseil des ministres
(Kawża C-236/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet fundamentali - Ġlieda kontra d-diskriminazzjoni - Trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel - Aċċess għal merkanzija u għal servizzi kif ukoll provvista ta’ merkanzija u ta’ servizzi - Primjums u benefiċċji tal-assigurazzjoni - Fatturi attwarjali - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterju tas-sess bħala fattur għall-evalwazzjoni tar-riskji fl-assigurazzjoni - Kuntratti privati ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja - Direttiva 2004/113/KE - Artikolu 5(2) - Deroga mhux limitata fiż-żmien - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 21 u 23 - Invalidità)
2011/C 130/06
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Association Belge des Consommateurs Test-Achats ASBL, Yann van Vugt, Charles Basselier
Konvenut: Il-Kunsill tal-Ministri
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour constitutionnelle (il-Belġju) — Validità tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU 2006 L 153M, p. 294) — Użu tal-kriterju tas-sess bħala fattur determinanti fl-evalwazzjoni tar-riskji u fil-kalkolu tal-primjums u benefiċċji tal-assigurazzjoni, ibbażat fuq data attwarjali u statistika rilevanti u preċiża — Kuntratti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja — Ammissibbiltà u ġustifikazzjoni ta’ trattament differenti?
Dispożittiv
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, huwa invalidu b’effett mill-21 ta’ Diċembru 2012.
(1) ĠU C 205, 29.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy