19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Berlin — il-Ġermanja) — Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
(Kawża C-239/09) (1)
(Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għax-xiri ta’ artijiet - Programm ta’ privatizzazzjoni tal-artijiet u ta’ ristrutturazzjoni tal-agrikoltura fil-Länder Ġermaniżi l-ġodda)
2011/C 55/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Seydaland Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG
Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Berlin — Interpretazzjoni tal-Artikolu 87 KE — Għajnuna mill-Istat — Privatizzazzjoni ta’ artijiet fil-Länder Ġermaniżi l-ġodda — Akkwist ta’ dawn l-artijiet bi prezz, stabbilit skont dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-valur fis-suq tal-artijiet għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ kriterji reġjonali, li huwa inqas mill-valur fis-suq reali tagħhom — Kompatibbiltà ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali mal-Artikolu 87 KE.
Dispożittiv
L-Artikolu 87 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludiex leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal metodi ta’ kalkolu għad-determinazzjoni tal-valur tal-artijiet għal użu agrikolu u forestali mqegħda għall-bejgħ mill-awtoritajiet pubbliċi fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni, hekk kif stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-regolament fuq ix-xiri ta’ artijiet (Flächenerwerbsverordnung), tal-20 ta’ Diċembru 1995, sakemm l-imsemmija metodi jipprovdu għall-attwalizzazzjoni tal-prezzijiet fil-każ ta’ żieda kbira f’dan il-prezz, b’mod li l-prezz effettivament imħallas mix-xerrej joqrob kemm jista’ jkun għall-valur tas-suq ta’ dawn l-artijiet.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy