30.4.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 130/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Manja Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Najvyšší súd Slovenskej republiky — ir-Repubblika tas-Slovakja) — Lesoochranárske zoskupenie VLK vs Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky
(Kawża C-240/09) (1)
(Ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali - Effett dirett)
2011/C 130/07
Lingwa tal-kawża: is-Slovak
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lesoochranárske zoskupenie VLK
Konvenut: Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni (ta’ Aarhus) dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, konkluża għan-nom tal-Komunità Ewropea permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Frar 2005 (ĠU L 124, p. 1) — Effett dirett ta’ din id-dispożizzjoni — Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “atti ta’ awtoritajiet pubbliċi” — Inklużjoni jew le ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità pubblika li l-illegalità tagħhom tikkonċerna l-impatt ambjentali.
Dispożittiv
L-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, huwa nieqes minn effett dirett fid-dritt tal-Unjoni. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tinterpreta, sa fejn ikun possibbli, id-dritt proċedurali li jirrigwarda l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex jiġi eżerċitat rikors amministrattiv jew ġurisdizzjonali kemm skont l-għanijiet tal-Artikolu 9(3) ta’ din il-konvenzjoni kif ukoll skont l-għan ta’ protezzjoni ġurisdizzjonali effettiva ta’ drittijiet mogħtija mid-dritt mid-dritt tal-Unjoni, sabiex tippermetti lil organizzazzjoni għall-ħarsien tal-ambjent, bħall-Lesoochranárske zoskupenieK, li tikkontesta quddiem qorti deċiżjoni adottata wara proċedura amministrattiva li tista’ tkun kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni tal-ambjent.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy