19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — il-Belġju) — Fluxys SA vs Commission de régulation de l'électricité et du gaz (Creg)
(Kawża C-241/09) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rinunzja parzjali tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali - Bidla tal-kuntest ġuridiku ta’ referenza - Risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja li ma għadhiex neċessarja għas- soluzzjoni tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2011/C 55/12
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fluxys SA
Konvenuta: Commission de régulation de l'électricité et du gaz (Creg)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Bruxelles — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2 u 18 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230) kif ukoll tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Settembru 2005, dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trasmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 289, p. 1) — Reviżjoni ex officio tar-regoli li jistabbilixxu id-dħul totali mill-amministrazzjoni ta’ netwerks f’każ ta’ aċċident ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali matul perijodu regolatorju — Kompatibbiltà, mad-dritt Komunitarju, ta’ determinazzjoni tat-tariffi proprja għall-attivitajiet ta’ tranżitu, distinta minn dik applikabbli għall-attivitajiet ta’ trasport u ta’ ħażna
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domanda preliminari magħmula fil-Kawża C-241/09.
(1) ĠU C 205, 29.08.2009.
Full & Egal Universal Law Academy