4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija
(Kawża C-253/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Xiri ta’ beni immobbli intiż bħala residenza prinċipali ġdida - Determinazzjoni tal-bażi ta’ stima tat-taxxa imposta fuq l-akkwist ta’ beni immobbli - Tnaqqis tal-valur fis-suq tar-residenza akkwistata mill-valur tar-residenza mibjugħa - Esklużjoni ta’ dan it-tnaqqis jekk il-beni mibjugħ ma jkunx jinsab fuq it-territorju nazzjonali)
2012/C 32/05
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich u Z. Fehér, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 39 u 43 KE kif ukoll tal-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta’ proprjetà li huwa suġġett, filwaqt li tiġi stabbilita l-bażi ta’ din it-taxxa, għall-possibbiltà li jitnaqqas, mill-valur tal-abitazzjoni mixtrija, il-valur tal-abitazzjoni mibjugħa bil-kundizzjoni li din tal-aħħar tinsab fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 223, 26.9.2009.
Full & Egal Universal Law Academy