23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2010 — Calvin Klein Trademark Trust vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Zafra Marroquineros SL
(Kawża C-254/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark verbali CK CREACIONES KENNYA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju b’mod partikolari tat-trade mark figurattiva Komunitarja CK Calvin Klein u tat-trade marks nazzjonali CK - Oppożizzjoni miċħuda)
2010/C 288/18
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Calvin Klein Trademark Trust (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent), Zafra Marroquineros SL (rappreżentant: J.E. Martín Álvarez, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tas-7 ta’ Mejju 2009, Calvin Klein Trademark Trust vs UASI u Zafra Marroquineros, S.L (T-185/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Marzu 2007 (Każ R 314/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Calvin Klein Trademark Trust u Zafra Marroquineros, SL.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Calvin Klein Trademark Trust hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 205, 29.08.2009
Full & Egal Universal Law Academy