11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichts — Il-Ġermanja) — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez
(Kawża C-256/09) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament Nru 2201/2003 - Miżuri provviżorji u kawtelatorji - Rikonoxximent u infurzar)
2010/C 246/16
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bianca Purrucker
Konvenut: Guillermo Vallés Pérez
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 06, p. 243) — Applikazzjoni tar-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ dan ir-regolament għal miżura provviżorja li tagħti l-kustodja ta’ minuri lil missieru u li tordna li l-minuri, miżmum minn ommu fi Stat Membru ieħor, jingħata lura lill-missier.
Dispożittiv
Id dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar Regolament Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma japplikawx għal miżuri provviżorji, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy