1.5.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 113/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Marzu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-258/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligut - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Nuqqas ta’ transpożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 113/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: T. Materne, aġent)
Suġġett
Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu, fir-Reġjun tal-Vallonja, mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Impjanti eżistenti li jista’ jkollhom inċidenza fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġis
Dispożittiv
(1)
Billi awtorizza, fir-Reġjun tal-Vallonja, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10, 13, 14(a) u (b), u 15(2) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, u dan minkejja l-iskadenza tat-terminu tat-30 ta’ Ottubru 2007, hekk kif inhu previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy