27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-5 ta’ Lulju 2011 — Edwin Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) Elio Fiorucci
(Kawża C-263/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 52(2)(a) - Trade mark Komunitarja verbali “ELIO FIORUCCI” - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq id-dritt għall-isem skont id-dritt nazzjonali - Stħarriġ mill-qorti tal-Ġustizzja tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-Qorti Ġenerali - Setgħa tal-Qorti Ġenerali li tbiddel id-deċiżjoni tal-Bord tal-appell - Limiti)
2011/C 252/04
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Edwin Co. Ltd (rappreżentanti: D. Rigatti, M. Bertani, S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)
Appellati: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto, L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti), Elio Fiorucci (rappreżentanti: A. Vanzetti u A. Colmano, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) [li issa saret il-Qorti Ġenerali], tal-14 ta’ Mejju 2009, Elio Fiorucci vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (T-165/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat, inkwantu din tinvolvi żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8(3) tal-Codice della Proprietà Industriale, id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ April 2006 (Każ R 238/2005-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u ta’ revoka bejn Elio Fiorucci u Edwin Co. Ltd.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
It-talba għal emenda tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-14 ta’ Mejju 2009, Fiorucci vs UASI — Edwin (ELIO FIORUCCI) (T-165/06), ippreżentata minn E. Fiorucci hija miċħuda.
(3)
Edwin Co. Ltd u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, in solidum, tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ E. Fiorucci.
(4)
E. Fiorucci għandu jbati kwart tal-ispejjez tiegħu.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy