29.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-264/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Enerġija - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2003/54/KE - Kuntratt ta’ investiment - Ftehim Bilaterali dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti konkluż qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea - Artikolu 307 KE)
2011/C 319/02
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, F. Hoffmeister u J. Javorský, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9(e) u 20(1) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211) — Aċċess prijoritarju ta’ operatur għal parti mill-kapaċita ta’ trasport transkonfinali tal-elettriku — Ksur tal-obbligu li jiġi ggarantit aċċess nondiskriminatorju għan-netwerks ta’ trasport u ta’ distribuzzjoni
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy