23.10.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 — L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG
(Kawża C-265/09 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ‘α’ - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Trade mark magħmula minn ittra waħda)
2010/C 288/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Appellata: BORCO-Marken-Import Matthiesen GmbH & Co. KG (rappreżentant: M. Wolter, Rechtsanwalt)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla), tad-29 ta’ April 2009, Borco-Marken-Import Matthiesen vs UASI (α)(T-23/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Novembru 2006, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv “α” bħala trade mark Komunitarja għall-prodotti li jaqgħu fil-klassi 33 — Karattru distintiv ta’ trade mark magħmula minn ittra waħda
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy