25.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 186/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-267/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Restrizzjonijiet - Tassazzjoni diretta - Persuni taxxabbli mhux residenti - Obbligu li jinħatar rappreżentant tat-taxxa)
2011/C 186/03
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18 KE u 56 KE — Obbligu tal-persuni taxxabbli mhux residenti sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxa
Dispożittiv
(1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikolu 130 tal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-Persuni Fiżiċi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares), li jobbliga lill-persuni taxxabbli mhux residenti sabiex jaħtru rappreżentant tat-taxxa fil-Portugall meta jirċievu dħul li jirrikjedi li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tat-taxxa, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tbati t-tliet kwarti tal-ispejjeż kollha. Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-kwart l-ieħor.
(4)
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy