18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-271/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Kamp ta’ applikazzjoni - Fondi miftuħa ta’ pensjonijiet - Limitazzjoni tal-investiment ta’ kapital f’pajjiżi barranin - Proporzjonalità)
2012/C 49/04
Lingwa tal-kawża: il-Polakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Dowgielewicz, M. Szpunar, M. Jarosz u P. Kucharski, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE — Fondi ta’ pensjoni li huma parti minn sistema nazzjonali ta’ affiljazzjoni obbligatorja u bbażata fuq is-sistema ta’ kapitalizzazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita u li tqiegħed fi żvantaġġ l-investiment ta’ kapital barra mill-pajjiż minn dawn il-fondi
Dispożittiv
(1)
Billi żammet fis-seħħ l-Artikoli 143, 136(3) u 136a(2) tal-Liġi dwar il-fondi ta’ pensjonijiet (Ustawa o organizacji i funkcjonowaniu funduszy emerytalnych), tat-28 ta’ Awwissu 1997, kif emendata, sa fejn jillimitaw l-investimenti tal-FMP Pollakki fl-Istati Membri l-oħrajn, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 KE.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy