4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-272/09 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)
2012/C 32/06
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, avukat, A. Winckler, avukat, G. Rizza, avukat, T. Graf, avukat, M. Piergiovanni, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier et J. Bourke, aġenti, C. Thomas, solicitor)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009, KME Germany et vs Il-Kummissjoni (T-127/04) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/421/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.240 tubi industrijali) (ĠU L 125, p. 50) — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Impatt konkret fuq is-suq — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.9.2009.
Full & Egal Universal Law Academy