26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid
(Kawża C-273/09) (1)
(Regolament (KE) Nru 729/2004 - Klassifikazzjoni tal-merkanzija ta’ “sostenn għall-mixi bir-roti” fin-nomenklatura magħquda - Intestatura 9021 - Intestatura 8716 - Rettifika - Validità)
2011/C 63/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Premis Medical BV
Konvenuti: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Laan op Zuid
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 2, Vol. 16, p. 90) — Apparat ortopediku jew apparat intiż sabiex jikkumpensa għal difett jew diżabilità fis-sens tal-intestatura 9021 tan-Nomenklatura Magħquda — Apparat bir-roti li jgħin lill-persuni b’mobilità limitata sabiex jimxu.
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-rettifika ppubblikata fis-7 ta’ Mejju 2004, huwa invalidu sa fejn, minn naħa, ir-rettifika wessgħat il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament inizjali tas-sostenn għall-mixi bir-roti li jikkonsisti f’xażi tal-aluminju, b’erba’ roti li tnejn minnhom iduru ’il quddiem, li għandu mankijiet u brejkijiet, u żviluppat sabiex jgħin lill-persuni li għandhom xi diffikultajiet sabiex jimxu u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikklassifika l-imsemmija sostenn għall-mixi bir-roti taħt is-subintestatura 8716 80 00 tan-Nomenklatura Magħquda
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy