7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State van België — il-Belġju) — Brussels Hoofdstedelijk Gewest et vs Vlaamse Gewest
(Kawża C-275/09) (1)
(Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati dwar l-ambjent - Ajruporti b’tul bażiku tar-runway ta’ 2 100 metru jew iktar - Kunċett ta’ “bini” - Tiġdid tal-permess għat-tħaddim)
2011/C 139/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brussels Hoofdstedelijk Gewest, P. De Donder, F. De Becker, K. Colenbie, Ph. Hutsebaut, B. Kockaert, VZW Boreas, F. Petit, V.S. de Burbure de Wezembeek, L Van Dessel
Konvenut: Vlaamse Gewest
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State van België — Interpretazzjoni tal-paragrafu 7(a) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol 1, p. 248) — Bini ta’ ajruporti li għandhom runway ta’ 2 100 metru jew iktar — Kunċett ta’ “bini”.
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) u l-punt 7 tal-Anness I tad Direttiva tal Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
—
t-tiġdid ta’ permess eżistenti li jiġi operat ajruport ma jistax, fin-nuqqas ta’ xogħlijiet jew interventi li jbiddlu r-realtà fiżika tas-sit, ikun rispettivament ikkwalifikat bħala “proġett” jew “bini” fis-sens ta’ dawn id dispożizzjonijiet;
—
madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li tiddetermina, abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli u inkunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-effett kumulattiv ta’ iktar xogħlijiet jew interventi magħmula mid dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva, jekk dan il-permess huwa parti minn proċedura ta’ kunsens f’diversi stadji, li fi tmiemha, għandha bħala għan it-twettiq ta’ attivitajiet li jikkostitwixxu proġett kif definit fl-ewwel inċiż tal-punt 13 tal-Anness II, moqri flimkien mal-punt 7 tal Anness I tiegħu. Fin-nuqqas ta’ stima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ tali xogħol jew ta’ interventi fl-istadju preċedenti għall-proċess tal-ħruġ tal-permess, huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tiżgura l-effettività tad-direttiva billi tiżgura li tali stima tkun magħmula mill-inqas fl-istadju tal-ħruġ tal-permess għat-tħaddim.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy