26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Session (Scotland), Edinburgh — ir-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs vs RBS Deutschland Holdings GmbH
(Kawża C-277/09) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - Dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ karozzi u użu għal tranżazzjonijiet ta’ leasing - Diskrepanzi bejn is-sistemi fiskali ta’ żewġ Stati Membri - Projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi)
2011/C 63/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Session (Scotland), Edinburgh
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Konvenuta: RBS Deutschland Holdings GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Session (Scotland), Edinburgh — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet imwettqa b’għan uniku li jinkiseb vantaġġ fiskali — Provvista ta’ servizzi ta’ kiri ta’ karozzi fir-Renju Unit minn sussidjarja Ġermaniża ta’ bank stabbilit fir-Renju Unit
Dispożittiv
(1)
F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru ma jistax jirrifjuta lill-persuna taxxabbli t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa fuq l-akkwist ta’ oġġetti mwettaq f’dan l-Istat Membru, meta dawn l-oġġetti ntużaw għall-iskopijiet ta’ tranżazzjonijiet ta’ leasing imwettqa fi Stat Membru ieħor għar-raġuni unika li t-tranżazzjonijiet tal-output imwettqa ma tawx lok għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud fit-tieni Stat Membru
(2)
Il-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ prattiki abbużivi ma jipprekludix id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud rikonoxxut fl-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva 77/388, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fejn impriża stabbilita fi Stat Membru tagħżel li twettaq, permezz tas-sussidjarja tagħha stabbilita fi Stat Membru ieħor, tranżazzjonijiet ta’ leasing ta’ oġġetti lil kumpannija terza stabbilita fl-ewwel Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat li t-taxxa fuq il-valur miżjud tkun dovuta fuq il-ħlasijiet li jirremuneraw dawn it-tranżazzjonijiet, peress li dawn kienu kkwalifikati, fl-ewwel Stat Membru, bħala provvisti ta’ servizzi ta’ kiri mwettqa fit-tieni Stat Membru u, f’dan it-tieni Stat Membru, bħala provvisti ta’ oġġetti mwettqa fl-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy