28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-281/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 89/552/KEE - Xandir televiżiv - Reklami - Ħin ta’ trażmissjoni)
2012/C 25/04
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u C. Vrignon, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer u S. Hathaway, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 3(2) u 18(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23) — Ħin tax-xandir iddedikat għal spots ta’ reklamar
Dispożittiv
(1)
Billi ttollera li ċerti tipi ta’ reklamar, bħalma huma r-rapporti pubbliċitarji, l-ispots ta’ telepromozzjoni, l-ispots ta’ reklamar ta’ sponsorship u l-mikroavviżi ta’ reklamar, jixxandru fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni Spanjoli għal ħin li jaqbeż il-limitu massimu ta’ 20 % tal-ħin ta’ xandir għal kull siegħa bl-arloġġ, previst fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE, tat-3 ta’ Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, kif emendata bid-Direttiva 97/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’Ġunju 1997, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy