10.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 362/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-284/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 56 KE u 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea - Tassazzjoni tad-dividendi - Dividendi mħallsa lill-kumpanniji li huma residenti fit-territorju nazzjonali u lill-kumpanniji parent stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea - Differenza fit-trattament)
2011/C 362/03
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B.-R. Killmann, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Blaschke, aġenti, H. Kube, professur)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 KE u tal-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta totalment mit-taxxa f’ras il-għajn id-dividendi mħallsa mill-kumpanniji sussidjarji lill-kumpanniji parent li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju nazzjonali, filwaqt li, f’dak li jirrigwarda l-kumpanniji parent li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor jew fi Stat taż-Żona Ekonomika Ewropea, tissuġġetta din l-eżenzjoni totali għall-kundizzjoni li jintlaħaq livell minimu ta’ ishma tal-kumpannija parent fil-kapital tal-kumpannija sussidjarja, stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU L 225, p. 6)
Dispożittiv
(1)
Meta ssuġġettat lid-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra, fil-każ fejn ma jkunx intlaħaq il-livell minimu ta’ ishma tal-kumpannija parent fil-kapital azzjonarju tal-kumpannija sussidjarja tagħha skont l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, għal taxxa iktar iebsa, f’termini ekonomiċi, minn dik li tolqot lid-dividendi mqassma lil kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l Artikolu 56(1) KE.
(2)
Meta ssuġġettat lid-dividendi mqassma lil kumpanniji stabbiliti fl-Islanda u fin-Norveġja għal taxxa iktar iebsa, f’termini ekonomiċi, minn dik li tolqot lid-dividendi mqassma lil kumpanniji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat fit-territorju tagħha, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim ŻEE, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(3)
Ir-Repubbliku Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256 tal-24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy