28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van kophandel Brussel — il-Belġju) — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF
(Kawża C-291/09) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Cautio judicatum solvi - Kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Monako - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)
2011/C 160/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van kophandel Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Guarnieri Cie
Konvenut: Vandevelde Eddy VOF
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van Koophandel te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 KE, 29 KE u 30KE — “Cautio judicatum solvi” Ksur tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija?
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi l-ħlas ta’ cautio judicatum solvi fuq rikkorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li ressaq proċeduri ġudizzjarji quddiem waħda mill-qrati ċivili ta’ dan l-Istat kontra ċittadin ta’ dan l-istess Stat sabiex jikseb il-ħlas tal-kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ merkanzija assimilata għal merkanzija Komunitarja, iżda li ma timponix tali rekwiżit fuq iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy