5.6.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 148/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-294/09) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/43/KE - Verifiki tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet ikkonsolidati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst - Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”)
2010/C 148/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx fit-terminu previst il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern intiżi sabiex tiżgura din il-konformità, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 53 tal-imsemmija direttiva.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 220, 12.09.2009.
Full & Egal Universal Law Academy