17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta' Frar 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-295/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/4/KE - Dritt tal-kumpanniji - Verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 100/13
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: G. Braun u E. Adsera Ribera, aġenti]
Konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja [rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent]
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p.87)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy