19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Vlaamse Gemeenschap vs Maurits Baesen
(Kawża C-296/09) (1)
(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 13(2)(d) - Kunċett ta’ ‘persuni trattati bħal […]’ uffiċjali - Kuntratt ta’ xogħol konkluż ma awtorità pubblika)
2011/C 55/17
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van België
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vlaamse Gemeenschap
Konvenut: Maurits Baesen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(2)(a) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Uffiċjali u persuni ttrattati bħalhom — Kunċett — Persuna li kkonkludiet kuntratt ta’ xogħol ma’ awtorità pubblika
Dispożittiv
It-tifsira tal-frażijiet “ħaddiema fis-servizz ċivili [uffiċjali]” u “persuni ttrattati bħalhom”, fis-sens tal-Artikolu 13(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1390/81, tat-12 ta’ Mejju 1981, hija ddeterminata biss mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tinsab l-amministrazzjoni li timpjega u li persuna fis-sitwazzjoni tal-konvenut fil-kawża prinċipali, li fi Stat Membru hija parzjalment suġġetta għall-iskema tas-sigurtà soċjali tal-uffiċjali u parzjalment suġġetta għall iskema tas-sigurtà soċjali tal-impjegati, tista’ għalhekk issib ruħha suġġetta, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(2)(d) ta’ dan ir regolament, biss għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tinsab l-amministrazzjoni li timpjegaha.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy