19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Justitie vs F. Toprak (C-300/09), I. Oguz (C-301/09)
(Kawża C-300/09 u C-301/09) (1)
(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regola ta’ “standstill” inkluża fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 1/80 - Projbizzjoni għall-Istati Membri li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda fl-aċċess għas-suq tax-xogħol)
2011/C 55/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie
Konvenuti: F. Toprak (C-300/09), I. Oguz (C-301/09)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni adottata mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, stabbilit permezz tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Regola ta’ standstill — Portata — Projbizzjoni għall-Istati Membri li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda għall-aċċess għas-suq tax-xogħol — Kunċett ta’ “restrizzjoni ġdida”
Dispożittiv
Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, li jirrigwardaw dispożizzjoni nazzjonali dwar il-kisba ta’ permess ta’ residenza għal ħaddiema Torok, l-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni, adottat mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li twaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni iktar iebsa introdotta wara l-1 ta’ Diċembru 1980, fejn din kienet tipprovdi għal dispożizzjoni inqas iebsa mid-dispożizzjoni applikabbli fl-1 ta’ Diċembru 1980, tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida” fis-sens ta’ dan l-artikolu, minkejja li din id-dispożizzjoni iktar iebsa ma taggravax il-kundizzjoni għall-kisba ta’ dawn il-permessi meta mqabbla mal-kundizzjoni li tirriżulta mid-dispożizzjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1980, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy