24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/10
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-302/09)
2009/C 256/19
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li, billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex tabolixxi s-sistema ta’ għajnuna ddikjarata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorji ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (notifikata fl-10 ta’ Jannar 2000 bid-dokument Nru C(1999)4268, ĠU L 150, tat-23 ta’ Ġunju 2000, p. 50) u milli tirkupra l-għajnuna mogħtija abbażi ta’ tali skema mingħand il-benefiċjarji, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 5, 6 ta’ din id-deċiżjoni u skont it-Trattat KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih l-Italja kellha tabolixxi l-iskema u tirkupra l-għajnuna mħallsa b’mod illegali skada xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni. Iktar minn disa’ snin wara, l-awtoritajiet Taljani rkupraw inqas minn 2 %.
Full & Egal Universal Law Academy