10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-303/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fl-2002 - Irkupru)
2011/C 269/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, D. Del Gaizo u P. Gentili, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 2, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2005/315/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Italja favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fis-sena 2002 [innotifikata bin-numru C(2004) 3893], (ĠU L 100, p 46).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna kollha mogħtija taħt l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/315/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata mill-Italja favur impriżi li jwettqu investimenti fil-komuni milquta serjament minn diżastri naturali fis-sena 2002, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy