15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-317/09 P) (1)
(Appell - Tpaċija tad-djun li jaqgħu taħt sistemi legali differenti - Talba għar-rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem - Prinċipju ta’ litis denuntiatio - Drittijiet ta’ difiża u dritt għal smigħ xieraq)
2011/C 13/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) (rappreżentant: P.-P. Van Gehuchten, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve u S. Delaude, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza [li issa saret il-“Qorti Ġenerali”] (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2009, ArchiMEDES vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-396/05 u T-397/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellanti intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-irkupru ta’ somom imħallsa bil-quddiem fil-kuntest ta’ kuntratt li jorbotha mal-appellanti u għal tpaċija ta’ djun reċiproki u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas il-bilanċ tas-sussidju dovut abbażi tal-istess kuntratt — Inapplikabbiltà tal-prinċipju ta’ litis denuntiatio — Ċaħda tat-talba għar-responsabbiltà in solidum tal-partijiet kontraenti — Ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Architecture, microclimat, énergies douces — Europe et Sud SARL (ArchiMEDES) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 07.11.09.
Full & Egal Universal Law Academy