18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — ACEA SpA vs Iride Spa, li kienet AEM SpA, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-319/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi tas-servizz pubbliku - Eżenzenjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ ‘għajnuna’ - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ ‘għajnuna ġdida’ - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni ta’ rkupru - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 49/06
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellant: ACEA SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, A. Giardina u T. Ubaldi, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti), Iride SpA, li kienet AEM Spa (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola, T. Ubaldi u A. Santa Maria, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, ACEA vs Il-Kummissjoni (T-297/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ eżenzjonijet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi tas-servizz pubbliku b’kapital azzjonarju, fil-parti l-kbira, pubbliku (ĠU L 77, p. 21).
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
ACEA SpA hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell inċidentali.
(4)
Iride SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy