18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — A2A SpA, li kienet AEM SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-320/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenżjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku - Artikolu 87 KE - Kunċett ta’ “għajnuna” - Artikolu 88 KE - Kunċett ta’ “għajnuna ġdida” - Artikolu 10 KE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 1 u 14 - Legalità ta’ ordni għall-irkupru - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Obbligu ta’ motivazzjoni)
2012/C 49/07
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: A2A SpA, li kienet AEM SpA (rappreżentanti: A. Santa Maria, A. Giardina u G. Pizzonia, avutati)
Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Righini, V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AEM vs Il-Kummissjoni (T-301/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali mogħtija mill-Italja lil impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-azzjonarjat tagħhom huwa fil-maġġoranza pubbliku (ĠU L 77, p. 21)
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
A2A SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy