11.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 173/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-321/09 P) (1)
(Appell - FAEGG - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju minħabba nuqqas ta’ konformità mad-dritt Komunitarju - Infiq magħmul mir-Repubblika Ellenika)
2011/C 173/03
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: I. Chalkias, aġent)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (T-33/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq magħmul mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima Garanzija, [notifikata bin-Nru C(2006) 5993] — Settur taż-żejt taż-żebbuġa, tal-qoton, tal-passolina u tal-frott taċ-ċitru.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundanata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 244, 10.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy