15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell & Teaterpaket AB vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-322/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Ilment ta’ kompetitur - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 4, 10, 13 u 20 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tipproċedix bl-evalwazzjoni tal-ilment - Klassifikazzjoni tal-miżuri mill-Kummissjoni, parzjalment, bħala li ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat u, parzjalment, bħala għajnuna eżistenti kompatibbli mas-suq komuni - Artikolu 230 KE - Kunċett ta’ ‘att li ma jistax jiġi kkontestat’)
2011/C 13/22
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell Teaterpaket AB (rappreżentanti: M. Merola u L. Armati, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2009, NDSHT vs Il-Kummissjoni (T-152/06) li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab f’ittri tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006, li ma tibdiex il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE, wara l-ilment tar-rikorrenti fl-ewwel istanza dwar għajnuna allegatament mogħtija lil Stockholm Visitors Board AB mill-awtoritajiet Svediżi, taħt il-forma ta’ tipi differenti ta’ sussidji mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma — Atti li jistgħu jiġu kkontestati
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej tad-9 ta’ Ġunju 2009, NDSHT vs Il-Kummissjoni (T-152/06), hija annullata.
(2)
L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti Ġenerali hija miċħuda.
(3)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ NDSHT Nya Destination Stockholm Hotell Teaterpaket AB intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li tinsab fl-ittri tagħha tal-24 ta’ Marzu u tat-28 ta’ April 2006, li ma tkomplix tipproċessa l-eżami tal-ilment li din il-kumpannija kienet ippreżentat dwar għajnuna mill-Istat allegatament illegali mogħtija mill-belt ta’ Stokkolma lil Stockholm Visitors Board AB.
(4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 233, 26.06.2009, p. 12.
Full & Egal Universal Law Academy