7.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-326/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2004/113/KE - Politika soċjali - Trattament ugwali bejn in-nisa u l-irġiel - Aċċess għal merkanzija u għal servizzi u provvista ta’ merkanzija u ta’ servizzi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2011/C 139/06
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek u M. Kaduczak, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew li jinnotifika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (ĠU 2006 L 153M, p. 294).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy