18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 — Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA
(Kawża C-329/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija lill-impriżi ta’ servizzi pubbliċi - Eżenzjonijiet fiskali - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Locus standi - Interess ġuridiku)
2012/C 49/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Iride SpA, li qabel kienet Azienda Mediterranea Gas e Acqua SpA (rappreżentanti: L. Radicati di Brozolo, M. Merola u T. Ubaldi, avukati)
Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, E. Righini u D. Grespan, aġenti), A2A SpA, li qabel kienet ASM Brescia SpA
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-Qorti Ġenerali) (It-Tmien Awla Estiża) tal-11 ta’ Ġunju 2009, AMGA vs Il-Kummissjoni (T-300/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/193/KE, tal-5 ta’ Ġunju 2002, dwar għajnuna mill-Istat għall-eżenzjonijiet fiskali u self b’kundizzjonijiet preferenzjali awtorizzati mill-Italja favur impriżi ta’ servizzi pubbliċi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet tagħhom huma pubbliċi (ĠU L 77, p. 21).
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Iride SpA hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mat-talba tas-sostituzzjoni tal-motivi.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy