17.4.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 100/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Frar 2010 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-330/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/43/KE - Dritt tal-kumpanniji - Verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 100/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u M. Adam, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta jew jikkomunika, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħhu mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, p. 87)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 233, 26.09.2009
Full & Egal Universal Law Academy