18.6.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 179/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-331/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika tal-Polonja lit-Technologie Buczek Group - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Nuqqas ta’ implementazzjoni fit-terminu stabbilit)
2011/C 179/05
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Gross u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Krasnodębska-Tomkiel, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli tadotta jew tikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tikkonforma mad-Deċiżjoni tal-Kummisjoni, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group (Għajnuna mill-Istat C(2007) 5087, ĠU L 116, p. 26) — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni immedjata u effettiva tal-imsemmija deċiżjoni — Assenza ta’ impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni.
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2008/344 KE, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar l-għajnuna mill-Istat C 23/06 (ex NN 35/06) li l-Polonja implimentat għall-produttur tal-azzar Technologie Buczek Group, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE, kif ukoll l-Artikoli 3 u 4 tal-imsemmija deċiżjoni.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy