19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-340/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/22/KE - Artikolu 4(2) sa (5) - Żamma ta’ annimali selvaġġi - Żoo)
2011/C 55/20
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: B. Plaza Cruz u N. Díaz Abad, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 4(2)(3)(4) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 140)
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-miżuri kollha neċessarji fir-rigward taż-żoojiet li huma s-suġġett tar-rikors preżenti, li jinsabu fil-Komunitajiet awtonomi ta’ Aragón, tal-Asturias, tal-Baleares, tal-Canarias, ta’ Cantabria, ta’ Castilla y León, ta’ Extremadura u ta’ Galicia, fil-qasam ta’ spezzjonijiet, ta’ ħruġ ta’ liċenzji u, jekk meħtieġ, ta’ għeluq ta’ dawn l-istabbilimenti skont l-Artikolu 4(2) sa (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE, tad-29 ta’ Marzu 1999, dwar iż-żamma ta’ annimali selvaġġi fiż-żoo, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 256, 24.10.2009.
Full & Egal Universal Law Academy