6.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te 's-Gravenhage — il-Pajjiżi Baxxi) — L-Istat tal-Pajjiżi Baxxi vs Denkavit Nederland BV et
(Kawża C-346/09) (1)
(Agrikoltura - Spezzjonijiet sanitarji - Direttiva 90/425/KEE - Leġiżlazzjoni nazzjonali temporanja intiża sabiex tiġġieled il-firxa tal-enċefalopatija sponġiformi bovina u li tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf tal-annimali tat-trobbija - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2000/766/KE li tipprovdi tali projbizzjoni - Applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni għal żewġ prodotti li jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni prevista minn din id-deċiżjoni - Kumpatibbiltà mad-Direttiva 90/425/KEE u d-Deċiżjonijiet 94/381/KE u 2000/66/KE)
2011/C 232/07
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L-Istat tal-Pajjiżi Baxxi
Konvenuta: Denkavit Nederland BV et
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te ’s-Gravenhage — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu, Vol., p.), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/381/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1994, dwar ċerti miżuri protettivi relattivi għall-enċefalopatija sponġiformi bovina u għall-għalf abbażi ta’ proteini li ġejjin minn mammiferi (ĠU L 172, p. 23), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 306, p. 32) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/9/KE, tad-29 ta’ Diċembru 2000, dwar miżuri għall-monitoraġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/766/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali (ĠU L 2, p. 32) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ proteini mill-annimali pproċessati għall-għalf tal-annimali — Data tad-dħul fis-seħħ u perijodu tranżitorju.
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE, tas-26 ta’ Ġunju 1990, dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern, kif ukoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/381/KE, tas-27 ta’ Ġunju 1994, dwar ċerti miżuri protettivi relattivi għall-enċefalopatija sponġiformi bovina u għall-għalf abbażi ta’ proteini li ġejjin minn mammiferi, u tal-Kunsill 2000/766/KE, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli u l-użu ta’ proteini mill-annimali fl-għalf tal-annimali, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħala protezzjoni kontra l-ESB, kienet timponi projbizzjoni provviżorja ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ proteini mill-annimali pproċessati fl-għalf għall-annimali tat-trobbija sa fejn is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat kinitx ta’ natura urġenti li kienet tiġġustifika l-adozzjoni immedjata ta’ tali miżuri għal motivi gravi ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tas-saħħa tal-annimali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din l-aħħar kundizzjoni hijiex sodisfatta u jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwiex irrispettat.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy