21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Marzu 2011 — ThyssenKrupp Nirosta GmbH, li kienet ThyssenKrupp Nirosta AG, li kienet ThyssenKrupp Stainless AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-352/09 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Komunitarju tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, skont ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetenza tal-Kummissjoni - Prinċipji ta’ nulla poena sine lege u ta’ res judicata - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Trasferiment tar-responsabbiltà permezz ta’ dikjarazzjoni - Preskrizzjoni - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva)
2011/C 152/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: ThyssenKrupp Nirosta GmbH, li kienet ThyssenKrupp Nirosta AG, li kienet ThyssenKrupp Stainless AG (rappreżentanti: M. Klusmann, Rechtsanwalt u S. Thomas, Universitätsprofessor)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tal-1 ta’ Lulju 2009, ThyssenKrupp Stainless vs Il-Kummissjoni (T-24/07), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors li kellu bħala suġġett talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 65 KEFA, u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni — Akkordju fuq is-suq tal-prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA wara li skada t-Trattat KEFA, bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205) — Ksur tal-prinċipji tal-legalità tal-pieni u tar-res judicata, kif ukoll tal-Artikoli 5, 7(1) u 83 KE — Ksur tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-preskrizzjoni tal-proċeduri
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
ThyssenKrupp Nirosta GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy