11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Gaston Schul BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-354/09) (1)
(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 33 - Valur doganali tal-merkanzija - Inklużjoni tad-dazji doganali - Kundizzjoni tal-kunsinna ‘Delivered Duty Paid’)
2010/C 246/17
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gaston Schul BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Suġġett
Interpretazzjoni tal-Artikoli 33(1)(f) u 220 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, p. 1) — Valur doganali — Kuntratt li jinkludi l-kundizzjoni ta’ kunsinna “Delivered Duty Paid” konkluż fil-każ ta’ nuqqas ta’ dazji doganali — Ammont mhux imsemmi — Esklużjoni jew le mill-valur doganali
Dispożittiv
Il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li tipprovdi li d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu murija “separatament” mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, hija sodisfatta meta l-partijiet fil-kuntratt jkunu qablu li l-kunsinna ta’ din il-merkanzija ser issir DDP (“Delivered Duty Paid”) u indikaw dan fid-dikjarazzjoni doganali iżda, minħabba żball dwar l-oriġini preferenzjali tal-imsemmija merkanzija, ma indikawx l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy