15.1.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 13/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Pensionsversicherungsanstalt vs Christine Kleist
(Kawża C-356/09) (1)
(Politika soċjali - Trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-impjiegi u fix-xogħol - Direttiva 76/207/KEE - Artikolu 3(1)(ċ) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffaċilita t-tkeċċija tal-ħaddiema li jkunu kisbu d-dritt għall-pensjoni ta’ irtirar - Għan ta’ promozzjoni tal-impjieg għal persuni iżgħar fl-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-età li tagħti d-dritt għal din il-pensjoni għal 60 sena għan-nisa u għal 65 sena għall-irġiel)
2011/C 13/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pensionsversicherungsanstalt
Konvenuta: Christine Kleist
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 187), kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa l-età tal-irtirar għal 60 sena għan-nisa u għal 65 sena għall-irġiel u li tiffaċilita t-tkeċċija tal-ħaddiema li jkollhom din l-età — Tkeċċija, minn min iħaddem fis-settur pubbliku, ta’ mara ta’ 60 sena u li għandha d-dritt għal-pensjoni, minn min iħaddem fis-settur pubbliku għar-raġuni li jixtieq jippromwovi l-impjieg ta’ persuni iżgħar fl-età.
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE, tad-9 ta’ Frar 1976, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x’jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ professjonali, promozzjoni, u kundizzjonijiet tax-xogħol, kif emendata bid-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tippromwovi l-aċċess għall-impjieg għal persuni iżgħar fl-età, tippermetti lil min iħaddem li jkeċċi lill-impjegati li jkunu kisbu d-dritt għall-pensjoni ta’ irtirar, meta għan-nisa dan id-dritt huwa miksub ħames snin qabel l-età li fiha jiksbu dan id-dritt l-irġiel, tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta bbażata fuq is-sess, li hija projbita minn din id-direttiva.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy