19.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni Ewropea, Athens Resort Casino AE Symmetochon
(Kawża C-362/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Ilment - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment - Irtirar tad-deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni - Kundizzjonijiet għal-legalità tal-irtirar - Regolament (KE) Nru 659/1999)
2011/C 55/21
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Athinaïki Techniki AE (rappreżentant: S. A. Pappas, dikigoros)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent), Athens Resort Casino AE Symmetochon (rappreżentant: N. Korogiannakis, dikigoros)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ir-Raba’ Awla), tad-29 ta’ Ġunju 2009, Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni (Kawża T-94/05), li permezz tiegħu din tal-aħħar iddeċidiet li ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors ippreżentat mill-appellanti wara l-irtirar tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni li ma tittiħidx azzjoni dwar ilment ta’ din l-appellanti dwar allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika — Interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-521/06 P, Athinaiki Techniki — Kundizzjonijiet għal-legalità tal-irtirar ta’ att amministrattiv Komunitarju — Inammissibbilità tal-Istat ta’ nuqqas ta azzjoni amministrattiva fil-kuntest tal-proċedura ta’ investigazzjoni tal-għajnuna mill-Istat — Prinċipju ta’ proporzjonalità
Dispożittiv
(1)
Id-digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej, tad-29 ta’ Ġunju 2009, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (T-94/05) huwa annullat.
(2)
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea..
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy