28.8.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 234/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-363/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Protezzjoni tad-data)
2010/C 234/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Ricorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Parpala u F. Jimeno Fernández, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. López-Medel Bascones, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol 11, p. 332) — Data li takkumpanja l-applikazzjoni — Użu u protezzjoni tad-data — Kunfidenzjalità
Dispożittiv
(1)
Billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 38 tal-liġi Nru 43/2002 dwar il-protezzjoni tal-pjanti (ley 43/2002 de sanidad vegetal), tal-20 ta’ Novembru 2002, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjez.
(1) ĠU C 267, 07.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy