21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp., ISD Polska sp. z o.o. (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-369/09 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Konstatazzjoni tal- inkompatibbiltà ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq komuni - Ordni għall-irkupru tal-għajnuna - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Determinazzjoni tan-natura ‘xierqa’ tar-rata tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna)
2011/C 152/07
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: ISD Polska sp. z o.o., Industrial Union of Donbass Corp., ISD Polska sp. z o.o. (li kienet Majątek Hutniczy sp. z o.o.) (rappreżentanti: C. Rapin u E. Van den Haute, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Lulju 2009, ISD Polska et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-273/06 u T-297/06), li permezz tagħha il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikorsi tar-rikorrenti intiżi għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/937/KE, tal-5 ta’ Lulju 2005, dwar l-għajnuna mill-Istat C-20/04 favur il-produttur tal-azzar Huta Częstochowa S.A. (ĠU L 366, p. 1), sa fejn tiddikjara ċerta għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lir-Repubblika tal-Polonja tipproċedi għall-irkupru tagħhom — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti Komunitarji — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Determinazzjoni tan-natura “xierqa” tar-rata ta’ interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
ISD Polska sp. z o.o. u Industrial Union of Donbass Corp. huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009
Full & Egal Universal Law Academy