9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta
(Kawża C-376/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 2037/2000 - Artikoli 4(4)(v) u 16 - Obbligu ta’ dikommissjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u estingwituri tan-nar li jkun fihom il-halon għal użi mhux kritiċi fuq bastimenti - Eċċezzjonijiet - Użi kritiċi tal-halons 1301 u 2402)
2011/C 204/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u E. Depasquale, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Malta (rappreżentanti: S. Camilleri u A. Buhagiar, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 4(4)(v) u 16 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 244, p. 1) — Limitazzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-użu ta’ sustanzi kkontrollati — Halons — Obbligu li s-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u l-estingwituri tan-nar li jkun fihom halons jiġu ddikommissjonati — Sistemi ta’ protezzjoni u estingwituri fuq il-bastimenti
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 267, 7.11.2009.
Full & Egal Universal Law Academy