11.9.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles — il-Belġju) — Françoise-Eléonor Hanssens-Ensch (kuratur ta’ falliment ta’ Agenor SA) vs Il-Komunità Ewropea
(Kawża C-377/09) (1)
(Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità Ewropea - Azzjoni sabiex jiġi kkumpensat it-telf fis-sens tal-Artikolu 530(1) tal-Kodiċi Belġjan dwar il-kumpanniji - Azzjoni mressqa minn kuratur fi proċedura ta’ falliment ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata kontra il-Komunità Ewropea - Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu dwar tali azzjoni)
2010/C 246/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de commerce de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Françoise-Eléonor Hanssens-Ensch (kuratur ta’ falliment ta’ Agenor SA)
Konvenuta: Il-Komunità Ewropea
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Bruxelles — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat KE — Azzjoni għal responsabbiltà mressqa minn kuratur ta’ falliment kontra l-Komunità Ewropea minħabba żball serju allegatament imwettaq minnha fil-ġestjoni de facto ta’ kumpannija kummerċjali, li wassal għall-falliment tagħha — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedura ta’ falliment
Dispożittiv
Azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità, anki jekk tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema legali partikolari li hija differenti mis-sistema komuni tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili, ma taqax, skont l-Artikolu 235 KE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy