31.7.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 209/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-378/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - L-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 10a - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita d-dritt ta’ stħarriġ ta’ deċijonijiet dwar l-ambjent - Nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fit-terminu previst)
2010/C 209/14
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u J.-B. Laignelot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Jirkalová, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) u d-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċeduri ta’ tfassil deċiżjonali dwar l-ambjent
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy