5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-380/09 P) (1)
(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi tas-sussidjarja ta’ bank - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Żamma tal-proprjetà jew kontroll ta’ entità)
2012/C 133/02
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Melli Bank plc (rappreżentanti: D. Anderson u D. Wyatt, QC, R. Blakeley, Barrister, S. Gadhia u T. Din, solicitors)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Szostak, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, L. Butel u E. Ranaivoson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway, aġent u S. Lee, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (li issa saret il-“Qorti Ġenerali”) (It-Tieni Awla) mogħtija fid-9 ta’ Lulju 2009, Melli Bank plc vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (T-246/08 u T-332/08), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tal-Kunsill, mogħtija fit-23 ta’ Ġunju 2008, li timplementa l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29), sa fejn l-isem tar-rikorrenti jidher fuq il-lista tal-individwi, tal-korpi u tal-entitajiet li japplikaw għalihom dawn id-dispożizzjonijiet
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Melli Bank plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 282, 21.11.2009
Full & Egal Universal Law Academy