4.12.2010
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Augstākās tiesas Senāts — Ir-Repubblika tal-Latvja) — Stils Met SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-382/09) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kapitolu 73 - Wajers bis-swiegli u kejbils tal-azzar - Intestatura 7312 - Kodiċi TARIC - Żball fil-klassifikazzjoni tariffarja - Ċirkulazzjoni libera tal-merkanziji - Regolament (KE) Nru 384/96 - Dazji antidumping - Multa daqs l-ammont totali tad-dazji antidumping)
2010/C 328/12
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākās tiesas Senāts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stils Met SIA
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Kapitolu 73 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02, p. 382), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 14, p. 03), u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 11 Volum 10, p. 45) — Wajers u kejbils tal-azzar, mhux miksijin jew miksijin biż-żingu, tkun xi tkun il-kompożizzjoni kimika tagħhom, b’mod partikolari dik tal-liga tal-azzar, li mhux ġejjin la mill-Moldova u lanqas mill-Marokk — Klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 7312108219, 7312108419, 7312108619 tan-Nomenklatura Magħquda għal 2004 u 2005 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal sanzjoni ta’ ammont li jikkorrispondi għal dak ta’ dazju antidumping
Dispożittiv
(1)
It-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej, stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha applikabbli fl-2004 u fl-2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kejbils tal-azzar li jsaddad, mhux mgħottijin jew miksijin jew mgħottijin biss b’żingu, fejn id-daqs tal-ikbar qatgħa trasversali huwa iktar minn 3 mm iżda inqas minn 48 mm u li mhumiex ġejjin la mir-Repubblika tal-Moldova u lanqas mill-Marokk jaqgħu taħt il-kodiċi TARIC 7312108219, 7312108419 jew 7312108619, skont id-daqs tal-qatgħa trasversali tagħhom.
(2)
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-impożizzjoni, fil-każ ta’ żball fil-klassifikazzjoni tariffarja ta’ merkanziji importati fit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea, ta’ multa daqs l-ammont totali tad-dazji antidumping applikabbli, sakemm l-ammont tal-multa jiġi stabbilit taħt kundizzjonijiet simili għal dawk li jeżistu fid-dritt nazzjonali għal ksur tal-istess natura u tal-istess gravità, u li jagħti lis-sanzjoni natura effettiva, proporzjonata u dissważiva, ħaġa li għandha tiġi evalwata mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 297, 05.12.2009
Full & Egal Universal Law Academy