30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-383/09) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva “habitats” - Miżuri inadegwati meħuda għall-protezzjoni tal-ispeċi Cricetus cricetus (ħamster komuni) - Deterjorament tal-habitats)
2011/C 226/04
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqas li jieħu l-miżuri necessari sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Miżuri inadegwati meħuda għall-protezzjoni tal-ispeċi Cricetus cricetus (ħamster komuni) — Deterjorament tal-habitats
Dispożittiv
(1)
Billi ma stabbilixxitx programm ta’ miżuri li jippermetti protezzjoni stretta tal-ispeċi tal-ħamster komuni (Cricetus cricetus), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 312, 19.12.2009.
Full & Egal Universal Law Academy